Il-Partit Nazzjonalista Jemmen Li L-Ispiżjara Għandhom Ikunu Involuti Fil-Programm Ta’ Vaċċinazzjoni
Fi stqarrija mill-COVID Action Team tal-PN intqal li l-kontribut tal-Ispiżjara fil-komunita’ għandu jitqies bħala wieħed ta’ importanza kbira fejn tidħol l-istrateġija ta’ roll-out tal vaċċin għall-COVID-19.
Tennew li dawn il-professjonisti huma kkunsidrati bħala frontliners indispensabbli meta wieħed jikkunsidra x-xogħol dedikat li jwettqu mal-pazjenti. Qalu wkoll li s-suċċess li nkiseb fil-kura u servizzi tas-saħħa fil-komunita’ fis-sistema tal-POYC, kien idaħħal minn Gvern Nazzjonalista.
Għalhekk, stqarrew li bħala Oppożizzjoni jemmnu fil-kapaċitajiet kbar ta’ dawn il-professjonisti filwaqt li jsostnu l-interess tal-Kamra tal-Ispiżjara li jkunu nvoluti fil-program nazzjonali tal-vaċċinazzjoni għall-COVID-19.
Dan qegħdin narawh iseħħ madwar l-Ewropa waqt ir-roll-out tal-vaċċin. B’hekk nassiguraw aktar ħeffa u effiċjenza meta naslu għat-titqib tal-massa.
“Din l-istrateġija bl-użu tat-tobba tal-familja id f’id mal-ispiżjara fil-komunita’ jistgħu jassiguraw aktar suċċess fil-ħin għall-miri tal-programm ta’ vaċċinazzjoni.”
Ritratt: spiżjara.org