Il-Qorti Tannulla Żwieġ Ta’ Mara Maltija Li Żżewġet Raġel Li Ma Tafx Taħt L-Influwenza Tad-Droga

 Il-Qorti Tannulla Żwieġ Ta’ Mara Maltija Li Żżewġet Raġel Li Ma Tafx Taħt L-Influwenza Tad-Droga

Il-Qorti annullat żwieġ ta’ mara Maltija li fl-2002 meta kienet taħt l-influwenza tad-droga żżewġet raġel barrani li lanqas kienet tafu.

Fil-Qorti ħareġ kif il-mara kienet għaddejja minn żmien diffiċli u kienet t’abbuża mid-droga regolarment, meta f’Novembru tal-2002, ħabiba tagħha qaltilha biex tiżżewweġ raġel barrani u li ried japplika għaċ-ċittadinanza Maltija.

Fil-Qorti ħareġ kif il-mara u r-raġel ltaqgħu l-ewwel darba fl-Uffiċċju tar-Reġistru fil-Belt, fejn il-mara dakinhar kienet taħt l-influwenza tad-droga u żżewġu.

Ħareġ ukoll li minn dakinhar taż-żwieġ il-mara u r-raġel ltaqgħu biss ftit drabi oħra biex jattendu għal-laqgħat fl-Uffiċċju ta-Immigrazzjoni. Huma qatt ma għexu flimkien u ż-żwieġ qatt ma ġie kkunsmat.

Fil-Qorti ħareġ li eventwalment wara programm tad-droga li wettqet b’suċċess fl-2010, il-mara rriabilitat ruħha u għandu wild f’relazzjoni ġdida u tixtieq li tiżżewweġ.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com