Inċident B’Mutur Fin-Naxxar

 Inċident B’Mutur Fin-Naxxar

Rumen ta’ 31 sena residenti n-Naxxar, għal xi s-1300hrs, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.

Jidher  li r-raġel kien qiegħed isuq mutur Honda ADV, tilef il-kontroll u waqa’.

Ir-Rumen, aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com