Inter B’Vantaġġ Ta’ Ħdax il-Punt F’Ras il-Klassifika

 Inter B’Vantaġġ Ta’ Ħdax il-Punt F’Ras il-Klassifika

Gowl ta’ Mateo Darmian kien biżżejjed biex Inter jakkwistaw tlett punti importanti oħra li bihom komplew jersqu viċin ir-rebħ tal-Kampjonat Serie A meta l-Ħadd wara nofsinhar għelbu lill-Hellas Verona 1 – 0. B’din ir-rebħa Inter fetħu vantaġġ ta’ ħdax il-punt fuq Atalanta li l-Ħadd filghaxija umiljaw lill-Bologna f’rebħa ta’ 5 – 0.

Spikka bla dubju d-draw bejn Fiorentina u Juventus, draw ta’ 1 – 1. Il-vjola fil-vantaġġ permezz ta’ penalty ta’ Dusan Vlahovic fil-29 minuta iżda Alvaro Morata fil-46 minuta għamel l-skor 1 – 1 . F’loghbħiet oħra tal-Ħadd Udinese għelbu lill-Bologna 4 – 2 barra minn darhom filwaqt li Cagliari għelbu lil Roma 3 – 2.

Is-sibt kellna tlett partiti oħra mit-33 ġurnata fejn:-

Genoa 2 – 0 Spezia

Parma 3 – 4 Crotone

Sassuolo 1 – 0 Sampdoria

 

It-Tnejn jintlagħbu żewġ partiti oħra:-

Torino vs Napoli (18.30)

Lazio vs Milan (20.45)

 

Ritratt: 90min.com

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com