Is-SemiFinali Mill-Ġimgħa D-Dieħla Se Jsiru Kif Skedat

 Is-SemiFinali Mill-Ġimgħa D-Dieħla Se Jsiru Kif Skedat
Minkejja t-theddid kollu tal-aħħar siegħat, jidher anzi mhux jidher, ħarġet il-konferma li ll-UEFA belgħet kliema u mhiex se tkeċċi t-timijiet fost ir-ribelli u li dan l-istaġun għadhom fil-kompetizzjonijiet Ewropej.
Dan ifisser li minkejja l-ħasda tal-bidu li verament il-UEFA kienet se tuħu posizzjoni iebsa u tqaċċat l-barra t-timijiet (fost il-fundaturi) u li għadhom f’dawn il-kompetizzjonijiet dan l-istaġun, dan mhux se jiġri.
Għaldaqstant is-semifinali l-ewwel legs tal-UEFA Champions League skedati għall-ġimgħa d-dieħla, Real Madrid v Chelsea u Paris v Manchester City se jintlgħabu kif skedat.
 
L-istess fil-UEFA Europa League, kollox kif ippjanat bis-semifinali l-ewwel legs għall-Ħamis tal-ġimgħa d-dieħla, Villarreal v Arsenal u Manchester United v Roma.
Il-qasma bejn it-tnax-il tim fundaturi tal-European Super League u l-UEFA mistennija tkompli jekk mhux tintensifika ruħha fil-ħin li ġej, iżda tal-inqas nafu b’ċertezza li l-kompetizzjonijiet Ewropej dan l-istaġun se jkomplu kif skedat, allura l-UEFA kellha ċċedi.
Dan wara li għall-bidu fost ħafna theddid issemma li Real Madrid, Chelsea u Manchester City fil-UEFA Champions League, Arsenal u Manchester United fil-UEFA Europa League setgħu jitkeċċew minn din l-aktar fażi mportanti u kruċjali li fadal tal-kompetizzjonijiet Ewropej dan l-istaġun, wara li ħarġu fost it-tnax-il klabb ribelli bħala fundaturi ta’ dan il-European Super League propost.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com