It-Temperatura Llum Mistennija Tinħass 9°C
It-temp illum ġeneralment kien imsaħħab u ċlampu bix-xita tal-ħamrija kultant, iżda mistenni jiċċara mal-lejl. Umdu u jinħass pjuttost kiesaħ.
Ir-riħ ftit qawwi (F5) li jsir moderat (F4) mill-Grieg il-Lvant (E’NE). Majjistral (NW) moderat (F4) tard billejl, sebħ it-Tlieta 6/4.
Il-baħar moderat għal ftit qawwi, fejn jaqbel.
L-ogħla temperatura llum: 17°C; l-inqas illejla: 11°C.
Tinħass: 16°C | 9°C
Indiċi UV: 5
Ritratt mill-aqwa miġbud ilbieraħ mill-inħawi tas-Simblija fil-limiti tar-Rabat – David Borg