Ix-Xatt Tal-Kalkara Bi Pjan Ta’ Riġenerazzjoni

 Ix-Xatt Tal-Kalkara Bi Pjan Ta’ Riġenerazzjoni
“Wara li fl-aħħar jiem ta’ Marzu tneħħew xi bankijiet u sar iż-żbir tas-siġar taż-żebbuġ, illum kif imwiegħed, tkompla x-xogħol preparatorju għar-riġenerazzjoni tax-xatt tal-Kalkara.”
Hekk kiteb is-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina fuq il-midja soċjali tiegħu fejn flimkien ma’ ritratti li juru li x-xogħol beda b’ritmu tajjeb mill-ewwel, illum tmexxew is-siġar, liema siġar ħa jkunu qed jitmexxew għar-Rinella fiż-żona tal-Ġenista.
Aquilina enfasizza li s-siġar ser jibqgħu kollha fil-Kalkara u li dan qed isir bil-permess tal-entitajiet kollha.
Tenna wkoll li dalgħodu beda dan ix-xogħol grazzi għal ħaddiema ta’ Clean Malta taħt is-sorveljanza kontinwa tal-‘landscaping consultant’ fi ħdan iċ-GHRC.
Dan huwa proġett ta’ €6 miljun.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com