Iż-Żwieġ Kien Aktar B’Saħħtu Jew Kienu Joqogħdu Għal Kollox?
Mistoqsija li qamet dan l-aħħar fuq il-midja soċjali kienet: Iż-żwieġ qabel kien aktar b’saħħtu mil-lum jew inkella kienu jidhru li jirnexxu għax ma kinux jieħdu deċiżjoni anke jekk kien ifalli?!
Dari kien hawn l-idea li ż-żwieġ kien jirnexxi iżjed u qajla kont tisma’ b’xi ħadd li telaq lil martu jew żewġu. Meta kien jiġri hekk, kienu jgħidulek ‘imma dik miżżewġa barrani’.
Hemm min jgħidlek li forsi kien jidher li hu żwieġ li rnexxa imma fil-verità, meta jingħalaq il-bieb ta’ barra ma tkunx taf x’hemm. Hemm min isostni wkoll, li mara anke jekk kienet tkun maħqura, xorta kienet tibqa’ mar-raġel biex ma tkunx ta’ diżunur għall-isem tal-familja jew inkella minħabba faqar.
Ovvjament, dan huwa suġġett jaħraq u dibatibbli. Intom x’taħsbu dwar dan? L-iskop hu li tinħoloq diskussjoni matura u bl-ebda mod ma rridu nfissru li aħna kontra jew favur iż-żwieġ.
Anzi, pjuttost ngħidu, u nemmnu, li ġaladarba l-persuni nvoluti huma kuntenti, barka lejhom.
Ritratt: PsyBlog