Jingħataw Il-Ħelsien Mill-Arrest, L-Akkużati Min-Nexia BT

 Jingħataw Il-Ħelsien Mill-Arrest, L-Akkużati Min-Nexia BT

Brian Tonna, Karl Cini, Manuel Castagna u Katrin Bondin Carter min Nexia BT ingħataw il-ħelsien mill-arrest fi tmiem is-smigħ tal-lum tal-kumpilazzjoni kontriehom.

Dawn il-persuni tressqu l-qorti fl-20 ta’ Marzu 2021 fejn kienu akkużati b’ħasil ta’ flus.

Il-ħelsien mill-arrest ingħata fuq diversi kundizzjonijiet:

-Brian Tonna u Karl Cini jridu iħallsu €60,000 f’depożitu fejn iridu jagħmlu garanzija personali ta’ €90,000.

-Katrin Bondin Carter trid tħallas €15,000 f’depożitu u b’ garanzija personali ta’ €15,000

-Manuel Castagna irid iħallas €30,000 f’depożitu filwaqt li jagħmel garanzija personali ta’ €45,000.

Apparti hekk, l-erba’ persuni msemmija jridu jiffirmaw fl-għassa u jibqgħu d-dar matul illejl.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com