Jinħatru 40 Uffiċjal Korrettiv Ġdid

 Jinħatru 40 Uffiċjal Korrettiv Ġdid

F’ċerimonja fil-Faċilità korrettiva ta’ Kordin, inħatru 40 uffiċjal korrettiv  ġdid wara li temmew b’suċċess 4 xhur ta’ taħriġ intensiv.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, il-Kurunell Alexander Dalli, spjega lill-uffiċjali kif għandhom ikunu kburin bil-valuri li tirrapreżenta l-uniformi.

Ir-rekluti xorta qamu għall-okkażjoni anke jekk għadhom fil-bidu tal-karriera tagħhom. Ovvjament, iċ-ċirkostanzi tal-pandemija ma ppermettewx li ssir iċ-ċerimonja tas-soltu iżda l-grinta għall-ħidma li tissarraf f’ġid, imliethom b’kuraġġ biex jibdew jaħdmu b’mod immedjat.

Awguri minn StradaRjali.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com