Jistgħu Jivvjaġġaw Bil-Libertà Wara Iżjed Minn Sena – ‘Australia-New Zealand Bubble’

 Jistgħu Jivvjaġġaw Bil-Libertà Wara Iżjed Minn Sena – ‘Australia-New Zealand Bubble’

Residenti fl-Awstralja u fi New Zealand, ilbieraħ ingħataw permess li jivvjaġġaw bejn iż-żewġ pajjiżi għall-ewwel darba f’iżjed minn sena.

Din qed tissejjaħ “Australia-New Zealand Travel Bubble u permezz tagħha, il-vjaġġaturi mhux ser ikollhom joqogħdu fi kwarantina.

Mill-bieraħ stess, kienu eluf li wettqu l-vjaġġ bejn iż-żewġ pajjiżi.

kemm l-Awstralja u anke New Zealand, kienu għalqu l-fruntieri f’Marzu tas-sena 2020, fejn introduċew ukoll kwarantina mandatorja għal dawk deħlin fil-pajjiż, wara l-miżuri li kienu mposti.

 

Ritratt: dw.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com