Kampjonati Mondjali – Alex Borg fil-Logħob Ta’ Kwalifikazzjoni

 Kampjonati Mondjali – Alex Borg fil-Logħob Ta’ Kwalifikazzjoni

Il-plejer professjonali Malti tas-snuker Alex Borg il-ġimgħa d-dieħla se jieħu sehem fil-logħob ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Mondjali li jifforma parti mill-Main Tour organizzat mill-World Snooker Association.

Ir-rawnds ta’ kwalifikazzjoni se jintlagħbu ġewwa l-English Institute of Sport f’Sheffield, l-Ingilterra bejn għada u l-Erbgha 14 t’April u fihom se jieħdu sehem 128 plejer minn madwar id-dinja. Minn dawn il-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni jikkwalifikaw 16 il-plejer biex jingħaqdu mal-aqwa 16 il-plejer fir-Rankings Mondjali fil-fażi finali li tintlagħab f’Crucible Theatre ta’ Sheffield bejn is-17 t’April u t-3 ta’ Mejju.

Fl-ewwel rawnd Alex Borg se jiltaqa’ kontra l-Ingliż Rod Lawler. Il-logħba se tintlagħab nhar it-Tlieta li ġej 6 t’April fl-10.30am (ħin ta’ Malta) u tkun l-aħjar minn 11 il-frame.

 

Ritratt: MBSA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com