Kmieni Dalgħodu, Karozza Tal-Linja Ssir Ħuġġieġa Nar Fil-Mosta, Passiġġiera U S-Sewwieq Evakwati

 Kmieni Dalgħodu, Karozza Tal-Linja Ssir Ħuġġieġa Nar Fil-Mosta, Passiġġiera U S-Sewwieq Evakwati

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-7a.m. karozza tal-linja għal xi raġuni ħadet in-nar u saret ħuġġieġa fi ftit minuti.

L-Inċident seħħ fi triq Burmarrad li mill-Mosta tieħdok Burmarrad.

Fil-ħin tal-inċident il-karozza tal-linja kienet qed tinstaq iżda fortunatament is-sewwieq laħaq ħareġ mill-karozza.

Fuq il-post waslu membri tal-protezzjoni Ċivili li tfew in-nirien.

Stqarrija tal-Malta Public Transport qalet li din ix-xarabank kienet dik tar-rotta 31, fid-direzzjoni lejn Buġibba. Kien hemm in-nies fuq tal-linja, iżda dawn ġew evakwati fil-ħin.

It-tim tal-kumpanija kien fuq il-post immedjatament, u nbdiet investigazzjoni interna sabiex jinstab minn fejn beda n-nar. Il-Malta Public Transport irringrazzjat lill-awtoritajiet rispettivi tal-għajnuna immedjata tagħhom.

It-triq bħalissa tinsab magħluqa.

Ritratt: MRTU

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com