Kważi 1,100 Ġenitur Ibbenefikaw Minn €580,000
Mal-1,100 ġenitur ta’ tfal taħt is-16-il sena u tfal b’diżabiltà severa bbenfikaw minn €580,000 mill-benefiċċju temporanju tal-COVID-19 minħabba l-għeluq tal-iskejjel.
Hekk kif intemm l-aħħar proċess ta’ pagamenti, dan l-ammont kien minn fost 1,422 applikant, iġifieri 78% ta’ dawk li applikaw għall-benefiċċju kienu eliġibbli u għaldaqstant ibbenefikaw minnu.
Il-pagament sar fi tmiem dil-ġimgħa, u ċ-ċifra ta’ €580,000 titla’ għal €645,000 meta tinkludi l-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali.
Il-Ministru Michael Falzon qal li dan l-eżerċizzju reġa wera kemm il-Gvern jieħu passi favur l-interessi tal-familji Maltin.