L-Akbar Proġett Infrastrutturali F’Malta Inawgurat

Ilbieraħ filgħaxija kien inawgurat il-proġett tal-Marsa; li huwa l-akbar proġett infrastrutturali f’pajjiżna. B’kollox, jinkludi 7 flyovers u l-proġett sewa €70 miljun li kienu ffinanzjati minn fondi Ewropej.
Dan il-proġett elimina t-traffic lights li tant kienu jikkawżaw traffiku. Il-proġett jinkludi wkoll tisbieħ mal-madwar permezz ta’ siġar u arbuxelli u anke 4 strutturi artistiċi, żewġ pontijiet, 380 spazju għall-parkeġġ, 250 bozza u 16-il kolonna tal-konkos.
Il-Prim Ministru Robert Abela spjega wkoll kif dan seta’ jsir grazzi għat-tkabbir ekonomiku li b’għaqal dan il-Gvern irnexxielu jwassal lejn pajjiżna tul l-aħħar snin.