L-Eks Kowċ Ta’ Floriana U Valletta Zoran Popovic Maħtur Kowċ Ta’ Victoria H.

 L-Eks Kowċ Ta’ Floriana U Valletta Zoran Popovic Maħtur Kowċ Ta’ Victoria H.

Victoria Hotspurs F.C. ħatru lil Zoran Popovic bħala kowċ ġdid għall-istaġun li ġej.

Popovic diġa għandu passat ma’ Victoria Hotspurs bħala l-ewwel player barrani fl-istorja li libes il-flokk ta’ dan il-klabb Għawdxi.

Kien ukoll strumentali biex Victoria Hotspurs F.C. rebħu l-Kampjonat Għawdxi lura fl-istaġun 1993/94.

Popovic għandu liċenja tal-UEFA PRO u f’pajjiżna diġa mexxa bħala kowċ klabbs importanti bħal Floriana u Valletta.

II-klabb mir-Rabat Għawdex qal li huwa ta’ unur li jilqa’ lura lil Zoran, meqjus fil-klabb bħala leġġenda u awgurawlu minn issa suċċess fl-istaġun il-ġdid 21/22.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com