L-MFA – “Jum Iswed Għall-Isport F’Dan Il-Pajjiż.. L-isforzi Tal-Aħħar Xhur Mormija L-Baħar”
Il-Malta Football Association qed tesprimi d-diżappunt tagħha għall-miżuri mħabbra l-Erbgħa mill-gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika.
L-MFA kienet ilha għal dawn l-aħħar ġimgħat titlob lill-awtoritajiet biex tirtira l-projbizzjoni fuq sport organizzat f’livell ta’ elite, bħat-Tim Nazzjonali, l-Kampjonat Premier u ċ-Challenge League.
Fl-aħħar xhur saru sforzi kbar biex il-futbol f’dan il-livell seta’ jitkompla mingħajr perikli għas-saħħa pubblika, fost l-oħrajn b’sistema ta’ contact tracing lill-players u mpjegati oħra direttament involuti fil-futbol, liema sforzi u protokolli ġew maqbula mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Fl-aħħar xhur saru l-fuq minn 3,500 contact tracing bl-Assoċjazzjoni terfa waħedha l-piż finanzjarju ta’ dan kollu, dan minbarra li twettqu mal-4,000 swab test dan l-istaġun biex il-futbol jibqa għaddej, bl-istess MFA issofri telf finanzjarju kbir finanzjarju u li sa issa diġa qabeż iż-żewġ miljun ewro.
Dawn l-isforzi kollha spiċċaw mormija bid-deċiżjoni tal-lum li ma’ tkunx irtirata l-projbizzjoni għall-isport f’kuntatt.
Tali deċiżjoni tibgħat sinjal ċar kemm il-mentalita sportive f’dan il-pajjiż għadha l-bogħod biex tkun f’livelli professjonali, tali deċiżjoni li timmina ukoll kull sforz tal-awtoritajiet tal-Futbol f’Malta, jiġifieri l-MFA fl-isforzi ma’ jaqtgġu xejn minn naħa tagħha biex televa tal-logħba tal-Futbol f’dan il-pajjiż, liema progress beda jidher ftit ftit anke fit-Timijiet Nazzjonali tagħna.
Minkejja diversi rappreżentazzjonijiet lill-awtoritajiet, id-deċiżjoni tal-lum ma’ tagħti l-ebda konsiderazzjoni l-impatt soċjali u ekonomiku fuq l-għixien tal-players, staff tekniku u amministraturi oħra li jaqilgħu il-ħobża mil-logħba tal-ballun, dan apparti s-sostenn ekonomiku u soċjali li l-futbol joffri fejn tidħol saħħa, fuq quddiem nett il-pjaga tal-obeżita f’dan il-pajjiż.
Il-Futbol f’Malta jimpjega mal-ħmistax-il elf persuna direttament u ndirettament, madankollu l-uniku pajjiż fl-Ewropa fejn l-isport elite ġie sospiż.
Dan filwaqt li statistika tal-Awtoritajiet tas-Saħħa turi bl-aktar mod ċar li l-impatt tal-isport fuq l-imxija tal-pandemija huwa negliġibbli, anke meta wieħed jinkorpora l-Kampjonati tad-delettanti u kompetizzjonijiet taż-żgħażagħ.
Protokoll għar-ritorn tal-attivita mill-Malta FA ukoll jikkonferma din it-teżi.
Id-deċiżjoni tal-lum titqies bħala déjà vu għal dak li ġara l-istaġun li għadda, sospensjoni tal-isport f’kuntatt estiża li tikkonferma li l-isport f’dan il-pajjiż għadu jitqies f’dimensjoni amatorjali.
Sadanittant il-Kumitat Eżekuttiv tal-MaltaFA se jerġa jiltaqa’ kif skedat nhar il-ġimgħa biex jiddiskuti din it-tema u l-impatt li tali deċiżjoni se tħalli fuq il-kompetizzjonijiet domestiċi.