L-SME Chamber Tinsisti Li Operaturi Tat-Tiġijiet U L-Koppji Iridu Konferma Jistgħux Isiru Tiġijiet Mill-1 Ta Ġunju

 L-SME Chamber Tinsisti Li Operaturi Tat-Tiġijiet U L-Koppji Iridu Konferma Jistgħux Isiru Tiġijiet Mill-1 Ta Ġunju

Il-Malta Chamber of SMEs fi stqarrija qalet li l-awtoritajiet għandhom jgħidu jekk it-tiġijiet jistgħux isiru milll-1 ta ‘Ġunju ‘l quddiem għax operaturi tat-tiġijiet u l-koppji ma jistgħux jibqgħu fl-għama.

Filwaqt li hija nnutat li s-settur tat-tiġijiet intlaqat ħażin ħafna kawża tal-Covid-19, l-kamra qalet li l-industrija u l-koppji li jiżżewġu ilhom jgħixu f’inċertezza kbira u kontinwa dwar il-posponimenti u l-kanċellazzjonijiet tat-tieġ tagħhom sa mill-bidu ta’ din il-pandemija.

Iċ-Chamber of SME’s qalet li dan is-settur reċentement kellu jingħalaq għal darb’oħra eżattament fl-istaġun l-akar importanti għan dan is-settur.

Dak li huwa magħruf s’issa huwa li hemm ħsieb li t-tiġijiet jitħallew isiru mill-1 ta’ Ġunju. Din l-inċertezza għal darba’oħra qed titfa’ lil dan is-settur u lill-koppji f’kaos hekk kif ma jafux eżatt x’se jiġri u x’restrizzjonijiet se jkun hemm.

Il-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji insistiet li l-awtoritajiet tas-saħħa għandhom jistabbilixxu pjan ċar filwaqt li fakkret li sal-1 ta’ Ġunju, Malta se tkun eqreb biex tintlaħaq l-herd immunity u għalhekk dan għandu jagħti iktar serħan il-moħħ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com