Maħsuda B’Kont Ta’ Pizza Li Ma Xtrawx

 Maħsuda B’Kont Ta’ Pizza Li Ma Xtrawx

Bħal kull sena, għall-ewwel t’ April, ħafna jaħsbu f’mod kreattiv sabiex jagħmlu ċajta fuq ħaddieħor.

Aħna ta’ Strada Rjali ħriġna b’ċajta li l-kantant wisq maħbub Renato se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss, b’ħafna jemnu din iċ-ċajta u jagħmlu kuntatt mal-kantant.

Iżda kien hemm min li ċ-ċajta li ħareġ biha ma niżlitx għasel, bħalma ġralhom il-kumpanija Deliveroo.

Fl-ewwel jum t’ April, eluf ta’ nies li jagħmlu użu mis-servizz ta’ deliveries offrut minn Deliveroo fi Franza rċivew kontijiet foloz ta’ mijiet ta’ ewro f’pizza.

Ħafna kienu dawk li ma rawx l-aspett ċajtier ta’ din il-manuvra, u esprimew ir-rabja tagħhom fuq il-midja soċjali.

Fost dawn kien hemm Elies, li qal li għoddu tah stroke wara li rċieva kont ta’ €466 għal 38 pizza li hu qatt ma ordna.

Il-kont kien jinkludi isem il-klijent, u kif ukoll 50 pakkett ta’ hot sauce b’xejn.

Kienu ħafna dawk li ppanikjaw u pruvaw iċemplu lill-bank rispettiv tagħhom sabiex iwaqqfu l-ħlas.

Fuq Twitter, Deliveroo qalet li din kienet ċajta tard fil-jum tal-Ħamis.

Ritratt: Matthew Horwood

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com