Mitlub Parir Sabiex Jissaħħaħ Id-Dritt Ta’ Smigħ Xieraq

 Mitlub Parir Sabiex Jissaħħaħ Id-Dritt Ta’ Smigħ Xieraq

Sabiex jissaħħaħ id-dritt ta’ smigħ xieraq kif tistipula l-Kostituzzjoni ta’ Malta u jkun skont il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Gvern Malti talab il-parir tal-Kummissjoni Venezja dwar dan.

Dan sar fid-dawl li l-istess Kummissjoni hija waħda awtonoma u indipendenti mill-istituzzjonijiet u entitajiet f’pajjiżna.

Għal dan il-għan, il-Gvern ipropona quddiem il-Parlament abbozz tal-liġi li jemenda l-Kostituzzjoni u abbozz li jemenda l-Att ta’ Interpretazzjoni.

L-għan ta’ dawn iż-żewġ abbozzi hu li jissaħħu l-awtoritajiet supervisorji u biex tissaħħaħ ukoll il-garanzija li dawn jipprovdu dritt ta’ smigħ xieraq fil-ħidma tagħhom.

L-emendi tressqu bħala parti minn sensiela ta’ bidliet li saru u qed isiru mill-amministrazzjoni mmexxija mill-Prim Ministru Robert Abela biex f’pajjiżna jissaħħu s-saltna tad-dritt u l-governanza.

Il-Gvern innota l-mod kif l-Oppożizzjoni hija kontra ż-żewg abbozzi ta’ liġi, u jemmen li jekk jiġri dak li qed tagħti x’tifhem li trid l-Oppożizzjoni, dan ikun qed jimmina l-effettività tal-awtoritajiet regolatorji ta’ pajjiżna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com