Malta Kienet L-Aħħar Pajjiż Li Żar Il-Prinċep Filippu?

Il-Prinċep Filippu, matul id-99 sena tiegħu, żar iktar minn 140 pajjiż differenti fil-kapaċità uffiċjali li kellu.
Fost dawn il-pajjiżi kien hemm Malta, u li probabilment kienet l-aħħar pajjiż li żar barra mill-Ingilterra.
Kien fl-2015 meta żar l-aħħar lil pajjiżna, propju għal-laqgħa tal-mexxejja tal-pajjiżi li jiffurmaw parti mill-Commonwealth.
Is-summit sar bejn is-27 u d-29 ta’ Novembru, u ħabat maż-żjara statali li kellha r-Reġina Eliżabetta t-Tieni.
Din kienet l-ewwel żjara tagħha f’Malta mill-2007, u magħha kien hemm jakkumpanjaha l-Prinċep Filippu.
B’dik tal-2015 aktarx tkun l-aħħar darba li huwa żar pajjiż lil hinn mill-Ingilterra.
Interessanti li malli ħarġet l-aħbar ta’ mewtu, kienu ħafna dawk li qasmu fuq il-midja soċjali ritratti relatati ma’ dak li ġara sitt snin ilu.
Ritratt: Matthew Mirabelli / Times of Malta