Man. City Jirbħu l-Caraboa Cup Għar-Raba Darba Konsekuttiva

Manchester City huma r-rebbieħa mill-ġdid tal-Caraboa Cup meta f’Wembley Stadium quddiem numru limitat ta’ partitarji għelbu lil Tottenham Hotspur 1 – 0. Din hija r-raba darba konsekkutiva li Man. City rebħhu dan l-unur.
Il-finali intlagħbet quddiem 8000 partitarju; 2000 għaż-żewġ settijiet ta’ klabbs filwaqt li l-kumplament kienu għal ħaddiema tal-NHS u partitarji newtrali.
Il-partita kienet bilanċjata għal xi mumenti b’Man. City juru l-aktar inizjattiva tul il-partita kollha. Il-konfront deher li ser jmur għal ħin barrani iżda Aymeric Laporte tmien minuti mit-tmiem skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa għat-tim ta’ Guardiola.
Ritratt: Pool / Reuters