Mietet Iz-Zija Ta’ Thomas Shelby – Attriċi Mill-Aqwa Fis-Sensiela Peaky Blinders

 Mietet Iz-Zija Ta’ Thomas Shelby – Attriċi Mill-Aqwa Fis-Sensiela Peaky Blinders

Mietet l-attriċi Helen McCrory, famuża għal partijiet li nterpretat fis-sensiela Peaky Blinders u l-films ta’ Harry Potter.

McCrory, li dehret ukoll fil-film ta’ James Bond bl-isem Skyfall, kellha 52 sena.

Ir-raġel tagħha Damian Lewis qal li jinsab b’qalbu maqsuma li qed iħabbar li wara battalja erojka kontra l-kanċer, Helen McCrory mietet fil-paċi fid-dar tagħha, imdawra minn ħafna mħabba ġejja mill-ħbieb u l-familja.

Żied jgħid li hija mietet bħalma għexet – bla biża’. Lewis qal li huma jħobbuha ħafna u kellhom xorti kbira li hija kienet f’ħajjithom.

McCrory kienet attriċi versatili b’karriera fuq il-palk u fil-filma ta’ kważi 30 sena.

Iżda tibqa magħrufa l-iktar għal karattru ta’ Polly li hija interpretat f’Peaky Blinders bejn l-2013 u l-2019.

Ritratt: BBC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com