Żejtuni Ta’ 59 Sena Tilef Ħajtu F’Ħaż Żabbar

 Żejtuni Ta’ 59 Sena Tilef Ħajtu F’Ħaż Żabbar

Żejtuni ta’ 59 sena tilef ħajtu wara li waqa’ erba’ sulari f’Ħaż Żabbar.

Il-każ seħħ illum fl-16:30 f’blokka t’ appartamenti fi Triq John Dalli.

Fuq il-post issejjħet ambulanza b’tim mediku, u kif ukoll il-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Minkejja dan, il-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat Rachel Montebello qed tmexxi inkjesta Maġisterjali dwar il-każ.

Ritratt: ONE News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com