‘Mill-Ġnien Tagħna’ – Iħabirku Favur Il-Ġonna, Siġar U Pjanti F’Pajjiżna

 ‘Mill-Ġnien Tagħna’ – Iħabirku Favur Il-Ġonna, Siġar U Pjanti F’Pajjiżna

Grupp fuq facebook bl-isem “Mill-Ġnien Tagħna” kien twaqqaf minn Kenneth Farrugia u Shirley Costigan bil-għan li jkun ta’ faraġ għal dawk li ngħalqu ġewwa matul il-pandemija.

Issa, il-grupp diġà qed jiċċelebra għeluq is-sena tiegħu bi 33,400 membru fih; dan jagħmlu l-akbar grupp relatat mal-kura tal-ġonna, siġar u pjanti f’Malta.

Minn żmien għal żmien, il-grupp joħloq inizjattivi favur l-ambjent kif ukoll bi ħsieb altruwist għal ħaddieħor. Fosthom, kienu ta’ għajnuna għal Puttinu Cares kif ukoll għall-Annimali Abbandunati fejn bħalissa qed isiru qsari kkuluriti biex jgħinuhom.

Isiru wkoll kompetizzjonijiet bi premju  biex il-pubbliku jkun mħeġġeġ.

Mhux soltu tagħna niktbu dwar gruppi fuq facebook, imma meta qed ngħixu fi żmien fejn l-ambjent ta’ madwarna sar prijorità ħafna iżjed bis-saħħa minn qabel, iddeċidejna li nagħtuhom kuraġġ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com