Pajjiżna Jilħaq It-300,000 Doża Tal-Vaċċin Kontra L-Covid-19

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar fuq il-midja soċjali tiegħu li issa lħaqna t-300,000 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19.
Bil-mod il-mod qed noqorbu biex kulħadd ikun ħa l-vaċċin.
Ħeġġeġ li meta jmissek inti, ħu l-vaċċin sabiex tkun parti minn dan is-suċċess.
Għada jiftħu r-reġistrazzjonijiet għall-persuni minn 40 sena ‘il fuq biex japplikaw ħalli jieħdu l-vaċċin. Kuraġġ!