Qabdu Jillatikaw Waqt Konferenza Stampa

 Qabdu Jillatikaw Waqt Konferenza Stampa

Il-Ministri għall-Affarijiet Barrannin tal-Greċja u t-Turkija ma qablux waqt laqgħa li saret bl-iskop li jtejbu r-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.

Nikos Dendias vjaġġa lejn Ankara fil-jum tal-Ħamis sabiex jiddiskuti r-rabtiet ma’ Mevlut Cavusoglu.

Għal bidu, huma qalu li hemm bżonn li l-mezzi ta’ djalogu għandhom jinżammu miftuħa u titkabbar il-kooperazzjoni ekonomika.

Iżda waqt konferenza stampa, iż-żewġ Ministri akkużaw lil xulxin fuq il-fruntieri marittini, l-immigranti u t-trattament tal-minoranzi.

Dendias ikkritika l-attivitajiet Torok fil-Baħar Eġew u fil-Lvant tal-Mediterran, u dak li hu ddeskriva bħala implimentazzjoni fqira tal-ftehim tal-immigranti mal-Unjoni Ewropea.

Dan filwaqt li Cavusoglu qal li dak li kien qed jiġri fil-Baħar Mediterran kien qed isir sabiex jipproteġi l-interessi tat-Torok u t-Torok Ċiprijotti. Qal ukoll li t-Turkija aġixxiet b’mod diċenti fuq l-immigrazzjoni, u akkużat lill-Greċja li dawret lura 80,000 persuna fl-aħħar erba’ snin.

Ritratt: Burhan Ozbilic / AP

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com