Riħ Qawwi Jimla T-Triq Tal-Għadira Bir-Ramel

 Riħ Qawwi Jimla T-Triq Tal-Għadira Bir-Ramel

Bħalissa, ir-riħ qawwi li qed jaħkem il-gżejjer Maltin, qed ikaxkar kwantità kbira ta’ ramel għal fuq it-triq.

Fuq il-Paġna tagħha ta’ Facebook, Clean Malta tellgħet numru ta’ ritratti tal-ħidma li għaddejja sabiex jitnaddaf ir-ramel li tela’ fit-triq fil-Bajja tal-Għadira.

Dan sabiex it-traffiku jkollu aċċess biex jgħaddi u anke l-Għawdxin ikunu jistgħu jibqgħu sejrin għal vapur tal-Gozo Channel.

Waqt din il-ħidma qed tintuża gaffa, hekk kif l-ammont tar-ramel huwa kbir, u b’hekk titnaddaf iktar malajr.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com