Rapporti – Investiment F’Kumpanija Tal-Imħatri Bbażata F’Malta Tista Ttemm Qabel Il-Waqt Il-Karriera ta’ Zlatan
Rapporti mhux konfermati qed jgħidu li l-istilla Żvediz Zlatan Ibrahimovic jista’ jeħel sospensjoni ta’ tliet snin li awtomatikament fl-eta ta’ 39 sena tkun tfisser it-tmiem tal-karriera tiegħu.
Dan hekk kif qed jingħad li huwa qiegħed xi flus f’kumpanija tal-imħatri bbażata propju f’pajjiżna.
Gazzetta Żvediża qed tgħid li Zlatan għandu għaxra fil-mija sehem f’Bethard, kumpanija tal-imħatri li għandha l-uffiċji tagħha f’Malta, parti min-negozju vast tiegħu bl-isem ta’ Unknown AB.
Kemm il-FIFA kif ukoll il-UEFA huma riġidi ferm fejn jidħol interess finanzjarju minn soċji marbuta direttament jew indiretttament magħhom, aktar u aktar players attivi.
Ir-regoli tal-FIFA huma ċari li f’każ ta’ ksur tal-istess direttivi marbuta maċ-ċirku tal-imħatri li daħal sew u qed iħammeġ il-logħba tal-futbol, l-individwu jeħel sa tliet snin sospensjoni minn kull attivita, apparti multa qawwija ħafna.
Ir-rapport ikompli jgħid li l-kumpanija tal-attakkant ta’ AC Milan hija r-raba’ l-akbar shareholder f’Bethard ibbażata f’Malta u fl-2019 irreġistrat profitti ta’ kważi sitta u għoxrin miljun lira sterlina, jiġifieri ftit anqas minn €30miljun ewro fi flus tagħna.