Serie A – Spezia, Milan u Torino Ma Jfallux

 Serie A – Spezia, Milan u Torino Ma Jfallux

Is-Sibt wara nofsinhar bdiet tintlagħab it-30 ġurnata tas-Serie A b’Spezia, Milan u Torino jirreġistraw rebħa kull wieħed.

Kmieni wara nofsinhar Spezia għelbu lil Crotone 3 – 2. Djidji poġġa lill-Crotone fil-vantaġġ fl-40 minuta logħob b’Verde jgib id-draw għal Spezia fil-63 minuta. Simy, kwart wara, reġa poġġa lil Crotone fil-vantaġġ iżda Spezia dawru l-partita lejn it-tmiem. L-ewwel kien Maggiore li fil-89 minuta għamel l-skor 2 – 2 u żewġ minuti wara Erlic għamel l-skor 3 – 2 favur Spezia.

Milan barra minn darhom għelbu lill-Parma 3 – 1. Ante Rebic poġġa lir-rossoneri fil-vantaġġ wara biss tmien minuti logħob u eżatt qabel l-intervall Franck Kessie għamilhom 2 – 0. Mas-siegħa logħob Zlatan Ibrahimovic tkeċċa għal Milan u sitt minuti wara Parma daħlu fil-partita b’gowl ta’ Gagliolo. Fl-94 minuta Milan is-siġġillaw ir-rebħa b’gowl ta’ Rafael Leao għal skor finali ta’ Parma 1 Milan 3.

Gowl minn penalty kien biżżejjed għal Torino sabiex barra minn darhom jegħlbu lill-Udinese 1 – 0. Andrea Belotti mill-11 il-metru fil-61 minuta skorja dak li kellu jkun l-uniku gowl tal-logħba.

 

Ritratt: sempremilan

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com