Sewwieq Ta’ Vettura Jolqot Persuna U Jibqa’ Sejjer
Żejtuni ta’ 64 sena sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura li baqgħet sejra f’Ħaż Żabbar.
Il-każ seħħ fi Triq Ħaż Żabbar fis-sebgħa tal-Ġimgħa filgħaxija, bis-sewwieq tal-vettura ma jiqfax biex jgħin lill-vittma.
Il-Pulizija qalet li huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn team mediku, biż-Żejtuni jittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.
L-investigazzjoni tal-pulizija għadha għaddejja.