Ta’ Spiss Kien Jitwaqqaf Minn Pulizija Biex Jirranġa L-Maskra… Ilbieraħ Niżżilha Biex Jibżoqlu
Illum fil-qorti tressaq Pierre Cassar ta’ 46 sena minn Marsaxlokk wara li kien mixli li kontinwament irrifjuta li jimxi mar-regoli tal-awtoritajiet ta’ waqt il-pandemija.
Hu affaċċja akkużi li ħebb għal pulizija wara li lbieraħ, uffiċjal ġibidlu l-attenzjoni fuq il-maskra. Jidher li Cassar daħal f’kamra u allegatement reġa’ ħareġ, u neża’ l-maskra biex jibżoqlu.
Pierre Cassar inħeles mill-arrest abbażi ta’ numru ta’ kundizzjonijiet, fosthom depożitu ta’ €200 u garanzija personali ta’ €2,000.
Ritratt: One News