Tabib Malti Juri Kif Sezzjoni Tal-Midja Indipendenti Ma Timxiex L-Istess Ma’ Kulħadd
It-tabib Jan Chircop attakka lil parti mill-midja indipendenti wara li ma mxietx bl-istess riga ma’ nutar partikolari bħalma għamlu fil-konfront tiegħu.
Huwa fakkar kif parti mill-midja indipendenti għamlet minn kollox biex ittappanlu r-reputazzjoni tiegħu fuq storja dwaru wara li ma ċċekjawx il-fatt fuqha, filwaqt li ismu u wiċċu spiċċa mifrux kemm fuq il-midja soċjali u anke fil-gazzetti ppublikati.
Chircop innota li mhux l-istess ġara fil-konfront ta’ nutar li tteħidlu l-warrant, wara li ffroda iktar mill miljun ewro mingħand il-klijenti tiegħu, filwaqt li kellu mijiet ta’ eluf ta’ ewro f’dejn mill-imħatri.
Minkejja dan, għaddew sentejn iżda l-każ issemma minn midja indipendenti waħda, u ma ġabitx ismu u wiċċu.