Taħriġ Fl-Italja Għal Tlett Itfal Maltin

 Taħriġ Fl-Italja Għal Tlett Itfal Maltin

Ben Piscopo, Morgan Zammit u Dario Mifsud ser ikunu qed jattendu sessjonijiet ta’ taħriġ personali u speċjalizzat mat-tim ta’ CRG Karts fl-Italja sabiex itejbu l-kapaċitajiet tagħhom bħala sewwiqa minkejja li għad għandhom biss 7 u 9 snin.

It-taħriġ ser isir fuq l-aħħar mudelli ta’ karts tas-CRG, Mini Karts u CRG Black Mirror. Is-sewwieqa ser jkunu assistiti minn mechanics u telemetristi ta’ livell internazzjonali sabiex janalizzaw kull dettal u jiddentifikaw kull opportunita għal titjieb fis-sewqan.

It-taħriġ ser isir fuq tlett tijem fit-trakka ta’ South Garda Karting f’Lonato fin-naħa ta fuq tal’ Italja u jibda għada l-Erbgħa.

Dan it-taħriġ sar possibli wara ftehim mal-proprjetarju tal-fabbrika CRG is-Sur Giancarlo Tinini, s-Sur Rueben Mifsud, is-sid tat tim Malti R33 racing u repreżentant lokali tad-ditta CRG f’pajjizna.

Mit-tim CRG u wara taħriġ simili, ħarġu diversi sewwieqa ta’ fama internazzjonali u li għamlu karriera brillanti saħansitra fil-formula wieħed. Dawn jinkludu lill- Michael Schumacher, Lewis Hamilton, Max Verstappen, Nico Rosberg, Luizzi, Zanardi u ħafna oħrajn.

Rueben Mifsud, is-sid ta R33 Racing Tim u rappreżentant tas-CRG f’Malta qal, “l-iskop tat-taħriġ huwa biex is-sewwieqa tagħna itejbu il-kwalita tas-sewqan u jrabbu aktar kunfidenza meta jsuqu barra minn Malta”. Mifsud insista li “sezzjonijiet ta’ taħriġ bħal dawn jinvolvu sagrifiċċji kbar mentali u anke fiżiċi għas-sewwieqa kif ukoll huma ta’ piż finanzjarju għal-ġenituri tagħhom”.

 

Ritratt: Oliver Attard

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com