Thornton Tikser Ħames Rekords Nazzjonali fil-Kampjonati Ewropej
Il-weighlifter Tenishia Thornton ħadet sehem fil-Kampjonat Ewropej tal-Weightlfiting li qed isiru f’Moska, r-Russja. Thornton, li għad għanda biss 15 il-sena, ħadet sehem fil-kategorija ta’ 49Kg fejn spiċċat b’refa’ ta’ 70Kg fis-snatch u 89Kg fil-clean and jerk.
Thornton irnexila tikser total ta’ ħames rekords nazzjonali b’refat ta’ 85kg, 87Kg u 89 kg fil-clean and jerk u totali ta’ 157Kg u 159kg rispettivament.
Fil-clean and jerk hija irnexxila tagħmel avvanz ta’ 5Kg filwaqt li t-total kollu tagħha, dak ta’ 159Kg, huwa avvanza ieħor personali hekk kif irnexxila iżid r-refa’ tagħha b’4Kg.
Thornton irnexxila tispiċċa fl-ewwel post tal-grupp tagħha fejn irnexxila tissupera atleti mill-Greċja u mill-Moldova. Dan huwa riżultat ieħor pożittiv għal Thornton wara li kienet spiċċat fit-tielet post fil-Kampjonat tad-Dinja taż-żgħażagħ ftit tax-xhur ilu.
Intant Yasmin Zammit Stevens se tkun qed tieħu sehem fl-stess kampjonati nhar il-Erbgħa filgħodu fil-kategorija tal-71Kg.
Ritratt: Malta Weightlifting Association