Tmiem il-Kampjonat Premier Iġib Fit-Tmiema L-Karriera t’Andrew Cohen

 Tmiem il-Kampjonat Premier Iġib Fit-Tmiema L-Karriera t’Andrew Cohen

Wara li fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-Kampjonat Premier ġie mit-tmum minħabba l-avviż legali li għadu jipprojbixxi sport ta’ kuntatt u s-sospensjoni tal-kompetizzjonijiet sportivi, dan kien ifisser ukoll it-tmiem tal-karriera tal-aktar plejer ta’ suċċess fl-aħħar snin, Andrew Cohen.

Andrew Cohen huwa meqjus minn ħafna bħala wieħed mill-aktar plejers ta’ talent ta’ seklu għoxrin fejn huwa l-uniku plejer li rebaħ l-unur tal-aħjar plejer tas-sena tal-MFA għal erba darbiet.

Andrew Cohen għamel d-debut tiegħu fil-Kampjonat Premier ma’ Hibernians FC fil- 15 ta’ Frar ta’ sena 2000, f’partita li intemmet fid-draw ta 1-1 kontra t-tim ta’ Gozo FC. Minn hemm il-quddiem huwa qatt ma’ ħares lura. Aktar ma beda’ jgħaddi żmien, Cohen beda jistabbilxi ruħu f’wieħed mil-aqwa plejers fil-Kampjonati Maltin.

Huwa qatta parti kbira mil-karriera tiegħu mat-tim ta’ Hibernians FC, b’kollox tmintax il-sena jilbes il-flok tat-tim tal-pagun. Tul dawn t-18 il-sena Andrew Cohen rebaħ diversi unuri fosthom erba darbiet il-Kampjonat Premier (2001/2002, 2008/2009, 2014/2015 u 2016/2017).

Cohen rebaħ wkoll erba darbiet l-FA Trophy (2005/2006, 2006/2007, 2011/2012 u 2012/2013). Huwa rebaħ wkoll żewġ Super Cups fis-sena 2007 u fl-2015.

Fl-istagun 2004/ 2005 huwa kien spiċċa l-aqwa skorer fil-Kampjonat Premier fejn kien skorja total ta’ 21 gowl. Cohen lagħab total ta’ 518 il-partita fil-Premier fejn skorja xejn anqas minn 152 gowl.

F’nofs l-istagun 2016/2017 Andrew Cohen ingħaqad mat-tim ta’ Gzira United. Huwa kien parti minn proġett li varaw t-tim ta’ Gzira fejn riedu tim kompost minn żagħżagħ u oħrajn ta’ esperjenza. Ma’ Gzira United Cohen lagħab total ta’ 176 partita fejn skorja 23 gowl.

Andrew Cohen lagħab wkoll 67 partita bil-flokk tat-Tim Nazzjonali Malti. Cohen għamel d-debut tiegħu taħt l-kowċ Horst Heese fit 18 ta’ Awissu 2004 f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Gżejjer Faroe.

Kif għadna tul l-karriera tiegħu Andrew Cohen rebaħ wkoll l-unur ta’ l-aqwa plejer tas-sena għal rekord ta’ erba darbiet. Huwa rebaħ tlieta minn dawn l-unuri meta kien jilgħab ma’ Hibernians, fis-sena 2005, 2006 u fis-sena 2015. Ir-raba darba rebbieħ tal-aqwa plejer tas-sena tal-MFA, wasal fl-2018 meta Cohen kien jilgħab mat-tim ta’ Gzira United.

 

Ritratt: Times of Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com