Waqt Il-Pandemija Naqas It-Traffiku?

 Waqt Il-Pandemija Naqas It-Traffiku?

Jekk wieħed jinnota, matul din is-sena, naqas sew it-traffiku minħabba li bosta persuni, apparti l-fatt li kien hemm ħafna minnhom li kienu kwarantina f’jiem u xhur differenti, kien hemm ħafna wkoll li ħadmu mid-dar ‘online’.

Tgħid dan hu mod kif irridu nibdew inħarsu lejn kif naħdmu? Ix-xogħol ‘online’ mid-dar kapaċi jnaqqas l-istress tat-traġit ta’ kuljum li fih taħli ħafna ħin.

Ovvjament huwa suġġett dibatibbli għaliex issib ħafna wkoll li jgħidulek li huwa tajjeb li toħroġ ftit mid-dar ħalli tbiddel l-ambjent għaliex dan jgħin ukoll mentalment.

Bħal f’kollox, mitt bniedem mitt fehma. Imma li naqas it-traffiku huwa fatt. Jista’ jkun marbut ukoll mal-bosta toroq ġodda li qed isiru fosthom il-proġett ta’ 7 flyovers tal-Marsa.

Ritratt: 89.7 Bay

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com