Wara Ħamrun S. L-Imprenditur Għawdxi Joseph Portelli Ma’ Bormla Fir-Regatta

 Wara Ħamrun S. L-Imprenditur Għawdxi Joseph Portelli Ma’ Bormla Fir-Regatta

Il-Kumitat tar-Regatta ta’ Bormla ħabbar uffiċjalment sponsor mill-Imprenditur ta’ saħħa kbira finanzjarja, attwalment ukoll President tal-leaders tal-Futbol Malti, Ħamrun Spartans, Joseph Portelli.

Fi stqarrija l-klabb tar-Regatta ta’ Bormla li fl-aħħar edizzjonijiet tat-tiġrijiet mill-isbaħ fil-Port il-Kbir iddomina u rebaħ ix-Shield diversi drabi kkonferma li J. Portelli Projects se jkun wieħed mill-isponsors ewlenin tal-Klabb, waqt li taw merħba lis-Sur Portelli fil-Klabb Regatta ta’ Bormla.

Joseph Portelli sa ftit xhur ilu kien isem magħruf ferm fl-industrija tal-kostruzzjoni u l-propjeta, sakemm daħal fl-isport u minn persuna ftit magħrufa fl-irwol ta’ President ta’ Nadur Youngsters, ismu u l-istatura tiegħu fl-isport Malti kibru sostanzjalment, bl-investimennt qawwi fil-klabb ta’ Ħamrun Spartans tant li qed iwassalhom għar-rebħ tal-ewwel Kampjonat għalihom wara 30 sena.

Filfatt jekk kif jidher il-Futbol Malti dan l-istaġun ma’ jkomplix, Ħamrun Spartans isiru Champions tal-Futbol Malti bir-regolamentazzjoni wara li kull tim fil-Premier lagħab il-fuq minn 75% tal-logħbiet tiegħu dan l-istaġun.

Jekk il-ftit tama li jkompli l-Kampjonat isseħħ, l-iSpartans ukoll jinsabu fuq quddiem fil-klassifika, f’posizzjoni tajba ħames punti vantaġġ f’ras il-klassifika fuq Hibernians fit-tieni post.

Il-Bormliżi jittamaw li l-injezzjoni finanzjarja li Joseph Portelli se jkun qed jikkontribwixxi f’dan id-distrett tar-Regatta tgħinhom biex għas-snin li ġejjin ikomplu jikbru, jrawmu aktar żgħażagħ f’dan l-isport mill-isbaħ u tradizzjonali u m’għandhiex xi ngħidu jirbħu aktar Shields.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com