West Ham Fir-Raba Post b’Rebħa Fuq Wolves

 West Ham Fir-Raba Post b’Rebħa Fuq Wolves

Ilbieraħ filgħaxija West Ham United ir-reġistraw rebħa importanti barra minn darhom li biha telaw fir-raba post tal-klassifika.

It-tim immexxi minn David Moyes skorjaw tlett gowls sal-ewwel 40 minuta bl-ewwel wieħed jasal minn ġmiel ta’ azzjoni personali konkluża minn Jessie Lingard. Fornals u Bowen skurjaw iż-żewġ goals l-oħra għal hammers. Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima Dendoncker għamilhom 3 – 1 b’Silva għoxrin minuta mit-tmiem jiskorja t-tieni gowl ta’ Wolves għal skor finali ta’ 3 – 2.

Intant fl-ewwel logħba tat-Tnejn filgħaxija Everton u Crystal Palace ħadu punt kull wieħed fid-draw ta’ 1 – 1.

James Rodriguez poġġa lill-Everton fil-vantaġġ fil-56 minuta bit-tim immexxi minn Carlo Ancelotti dehru resqin lejn rebħa u tlett punti madankollu Batshuayi erba minuti mit-tmiem ġab id-draw għal- Crystal Palace.

 

Ritratt: Skysports

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com