Ara: Din Is-Sena, Iż-Żabbarija Se Tagħlaq 103 Snin

 Ara: Din Is-Sena, Iż-Żabbarija Se Tagħlaq 103 Snin

Felicita Cucciardi, Żabbarija, f’Novembru li ġej tagħlaq 103 snin. Moħħha għadu ċar u bla dubju, dan ifisser minjiera ta’ informazzjoni li għadha tista’ tgħaddi għal għandna permezz ta’ rakkonti ħelwin u mimlija b’passjoni.

Issemmi l-episodji u l-esperjenza tagħha b’mod li titfgħak f’nostalġija liema bħalha. Twieldet f’Ħaż-Żabbar stess f’familja ta’ 12-il aħwa li tlieta minnhom laħqu sorijiet u 4 għalliema fejn hi nnifisha kienet kap ta’ skola.

Isimgħu x’kellha xi tgħid lill-Arċipriet Dun Evan Caruana.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com