Ara Kif Il-Ġappuniżi Jaqilgħu Siġra Biex Titpoġġa Xi Mkien Ieħor

 Ara Kif Il-Ġappuniżi Jaqilgħu Siġra Biex Titpoġġa Xi Mkien Ieħor

Dan ir-ritratt juri metodu stil Ġappuniż kif tkun maqlugħa siġra biex titpoġġa f’post ieħor.

Dan huwa metodu rett fejn is-siġra tingħata l-anqas kedda possibbli. Is-sistema tinvolvi li l-ewwel jixxarrab il-wiċċ ta’ fejn is-siġra tkun imħawwla, jiżbrulha ftit mill-friegħi u jibdew inaqqgħu l-madwar f’forma ta’ ċirku.

Malli jsir dan iċ-ċirku, jibda jsir it-tħaffir u jitpoġġew lasti tal-injam li jintrabtu mal-blokka tal-ħamrija biex ma jinfetaħx.

Fl-aħħar ikun imiss li tittella’ s-siġra permezz ta’ krejn u tkun ittrasportat lejn il-post il-ġdid tagħha. B’hekk is-siġra tbati l-inqas possibbli u tkun salvata.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com