Araw Il-Fekruna Kif Tidher Minn Fuq

Il-Valletta Green Festival sejjer tajjeb ġmielu hekk kif bosta daħlu fil-Kapitali u l-midja soċjali mtliet b’ritratti mill-pubbliku li ammira dak li ra u li kien ippreżentat lilu mill-Aġenzija kulturali tal-Belt Valletta.
Jason Micallef; Ċermen tal-Aġenzija kulturali tal-Belt Valletta nnota dan hekk kif irrimarka dwar is-sodisfazzjoni li wieħed iħoss meta jara familji u nies ta’ kull età kif ukoll xi turisti japprezzaw mill-viċin, l-atmosfera meraviljuża li nħolqot fil-kapitali Maltija.
Il-pubbliku qed iżur ukoll il-proġett il-ġdid li sar u li kien inawgurat ftit tal-ġimgħat ilu; il-Valletta Design Cluster.
Inħeġġukom tgawdu dawn il-mument fil-Kapitali tagħna; Valletta.