Bernard Grech Jinsisti Dwar Li Nużaw L-Orħos Sors ta’ Enerġija

 Bernard Grech Jinsisti Dwar Li Nużaw L-Orħos Sors ta’ Enerġija

Il-Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech, dalgħodu meta kien intervistat minn Mark laurence Zammit tenna li l-familji Maltin u n-negozji għandhom ammont sostanzjali ta’ flus li jridu jieħdu lura wara li nsterqu mill-Gvern fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.

Tenna li Gvern Nazzjonalista ser ikun jista’ jagħti dawn il-flus lura billi qabel xejn, jibda juża l-orħos sors ta’ enerġija, jiġifieri, l-interconnector.

“Jekk il-Gvern jibqa’ ma jagħmel xejn, ikun qed jikkonferma li hu komdu jkompli jisraq lil kull Malti u Għawdxi”, tenna Grech.

Saħaq ukoll dwar bilanċ fix-Xandir filwaqt li meta mistoqsi, dwar attivitajiet tal-massa, jekk dawn għandhomx jibdew jitħallew isiru, hu qal li dawn id-deċiżjonijiet għandhom jitħallew f’idejn min huwa midħla ta’ dan il-kamp, jiġifieri l-awtoritajiet tas-saħħa.

Aċċenna wkoll kontra l-użu ta’ lingwaġġ ta’ mibegħda fuq il-midja soċjali u enfasizza, li anke l-politiċi jridu joqogħdu attenti x’lingwaġġ jużaw meta jkunu qed jiddiskutu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com