Bil-Filmat: L-Emozzjoni Ta’ Keith Demicoli Minn Angolu Li Għadek Ma Rajtx

 Bil-Filmat: L-Emozzjoni Ta’ Keith Demicoli Minn Angolu Li Għadek Ma Rajtx

Viżibbilment emozzjonat, il-ġurnalist u preżentatur Keith Demicoli ilbieraħ għall-aħħar darba sellem lit-telespettaturi tal-aħbarijiet ta’ TVM wara karriera ġurnalistika ta’ 13-il sena mal-istazzjon nazzjonali.

Iżda kif rajtu fi tmiem l-aħbarijiet, il-ġurnalist sportiv Rodney Vassallo li kien miegħu fuq il-mejda tal-aħbarijiet beda jiġbidlu filmat bil-mobile tiegħu eżatt qabel l-aħbarijiet sportivi.

Dan huwa l-filmat tal-emozzjoni ta’ Keith minn metru ‘l bogħod.

F’messaġġ qasir fi tmiem l-aħħar bullettin li qara fuq TVM, Demicoli b’għafsa ta’ qalb iżda b’sodisfazzjon, sejjaħ dan il-vjaġġ bħala wieħed meraviljuż.

Huwa ta ħajr lill-ġenituri tiegħu li qal tawh l-opportunità li jeduka lilu nnifsu u l-familja tiegħu li dejjem kienu warajh, lill-kollegi tiegħu fuq il-post tax-xogħol li fi kliemu għaġnuh u lit-telespettaturi ta’ TVM għall-fiduċja u għar-rispett u l-imħabba li dejjem ra mingħandhom.

Strada Rjali jawgura lil Keith kull suċċess fil-karriera l-ġdida tiegħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com