Wara Rejd Fit-Telgħa Ta’ Spencer Fil-Marsa, Il-Pulizija Tarresta Żewġt Irġiel

 Wara Rejd Fit-Telgħa Ta’ Spencer Fil-Marsa, Il-Pulizija Tarresta Żewġt Irġiel

Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestat raġel ta’ 35 sena li jgħix il-Marsa b’rabta ma’ traffikar tad-droga u raġel ta’ 21 sena li jgħix il-Kalkara fuq ksur ta’ kundizzjonijiet.

Nhar il-Ħamis filgħaxija, il-Pulizija għamlet rejd fit-Telgħa ta’ Spencer fil-Marsa u arrestat irraġel ta’ 35 sena wara li nstab fil-pussess tad-droga lesta għat-traffikar. Wara din is-sejba, ilPulizija għamlet tfittxija fir-residenza tiegħu fil-Marsa stess u nstabet droga suspettata kokaina, eroina, kannabis u methadone, fost oġġetti oħra relatati mad-droga.

Ir-raġel ta’ 21 sena ġie arrestat fl-istess triq peress li kien qiegħed jikser diversi kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta.

L-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti dalgħodu, għall-ħabta tal-ħdax (1100hrs), quddiem ilMaġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com