Bil-Filmat: Suċċess Għall-Baħħara Maltin Ta’ Birżebbuġa Sailing Club

 Bil-Filmat: Suċċess Għall-Baħħara Maltin Ta’ Birżebbuġa Sailing Club

7 baħħara żgħażagħ minn Birżebbuġa Sailing Club wasslu lura f’pajjiżna wara li pparteċipaw f’Bourgas International Sailing Week 2021. Jikkumpanjaw dawn iż-żgħażagħ kien hemm il-kowċ tal-Klabb Ivan Vasilev u l-ġenituri li mexxew il-grupp. 

Dawn iż-żgħażagħ kellhom ukoll l-opportunità li twettqu taħriġ qabel din il-kompetizzjoni. Ta’ min jgħid ukoll li għal 3 minn dawn il-baħħara, din il-kompetizzjoni serviet bħala preparazzjoni għal European Championships li ġejjin. 

Il-baħħara ta’ Birżebbuġa Sailing Club taw prestazzjoni tajba ħafna, hekk kif spiċċaw mal-ewwel 50 pożizzjoni. 

Zane Attard ġie klassifikat fl-ewwel post fil-kategorija tas-subien, filwaqt li Sasha Nagrudnaya u Emily Fenech klassifikaw fit-3 post fil-kategorija tal-bniet u l-kategorija tal-kbar rispettivament.

Thomas Zahra, flimkien mal-aħwa Isaac u Jacob Azzopardi u Liam Cutajar ilkoll taw prestazzjoni mill-aqwa tul dan l-avveniment.

Birżebbuġa Sailing Club iħares ’l quddiem għall-avveniment internazzjoni li jmiss; Optimist European Championships, f’Ġunju li ġej.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com