Dalgħodu Tirritorna Mart Ivan Barbara Mill-Indja Flimkien Ma’ Binthom

 Dalgħodu Tirritorna Mart Ivan Barbara Mill-Indja Flimkien Ma’ Binthom

Rosanne Barbara u t-tifla addottata mill-Indja, mistennija jirritornaw lura Malta dalgħodu. Madanakollu, in-Nutar Ivan Barbara li miet bil-Covid-19 nhar il-Ġimgħa li għaddiet, 30 t’April 2021 kien ikkremat f’Delhi.

Dan seħħ jum wara l-mewt tiegħu meta kien ippjanat li jkun evakwat medikalment lejn pajjiżna. Dan seħħ ukoll, għaliex il-WHO tinsisti li vittmi tal-Covid-19 iridu jkunu midfuna jew ikkremati mill-ewwel.

Stradarjali.com twassal il-kondoljanzi lill-familjari. Filwaqt li aħbarijiet bħal dawn ikunu ta’ dieqa biex jitwasslu, dejjem nappellaw biex inkunu kawti fil-kummenti tagħna.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com