Fejn Il-Baħar Il-Maskra Mhux Ser Tkun Obligatorja Bil-Liġi – Chris Fearne

 Fejn Il-Baħar Il-Maskra Mhux Ser Tkun Obligatorja Bil-Liġi – Chris Fearne

Wara ħafna kontroversja fil-jiem li għaddew dwar l-libies tal-maskri fejn il-baħar, dalgħodu l-Viċi prim Ministru Chris Fearne ħabbar li l-maskra mhux ser tkun obligatorja bil-liġi fejn il-baħar, iżda xorta jirrakomanda li din tintlibes.

Chris Fearne qal li rridu nkunu prattiċi u huwa ċar li maskra mxarba qisu m’għandek xejn, u waqt li rrakkomandazzjoni tibqa’ li tintlibes f’kull mument, mal-bajjiet biss mhux ser tkun infurzabbli bil-liġi.

Il-Viċi Prim Ministru sostna li l-użu tal-maskra ser jibqa’ obligatorju fi spazji pubbliċi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com