Fi Ftit Sigħat Oħra Destiny Tagħtina L-Wirja Spettakolari Tagħha

 Fi Ftit Sigħat Oħra Destiny Tagħtina L-Wirja Spettakolari Tagħha

Destiny Chukunyere, l-Ambaxxatriċi Maltija fil-Eurovision ta’ din is-sena li qed isir f’Rotterdam bħalissa bla dubju tinsab fuq ix-xwiek biex illejla tagħti l-aqwa tagħha fuq il-palk waqt il-finali tant mistenni.

Il-kantanta Maltija ser tkanta fis-6 post bil-kanzunetta Je me Casse; kanzunetta li ġibdet ammirazzjoni kbira anke minħabba l-lirika tagħha, il-vuċi brillanti tagħha kif ukoll il-kunfidenza kbira li għandha fuq il-palk.

Bla dubju, din is-sena hawn aspettativa kbira għar-riżultat iżda jiġri x’jiġri, Destiny nixtiequ nawgurawlek futur mill-isbaħ u nirringrazzjawk tal-isem sabiħ li għamilt lil pajjiżna.

Dan huwa fatt; Malta ssemmiet tant tajjeb u fil-pożittiv grazzi għall-wirjiet tiegħek matul dawn il-ġimagħtejn.

Minn Stradarjali.com, Awguri tassew lil Destiny u t-tim Malti.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com