Fiċ-Ċina Koppji Jista’ Jkollhom Sa 3 Ulied
Fiċ-Ċina koppja jista’ jibda jkollha sa tliet ulied. Sa issa kull koppja fiċ-Ċina seta’ jkollha sa żewġ ulied. Skont midja Ċiniża dan it-tibdil fil-liġi ġie approvat mill-President Xi Jinping.
Dan wara li sar ċensiment li wera li l-popolazzjoni fiċ-Ċina żdiedet bil-mod ħafna. Għaldaqstant, żdiedet il-pressjoni biex il-koppji jkollhom aktar ulied sabiex il-popolazzjoni Ċiniża ma tkomplix tonqos.
Skont iċ-ċensiment is-sena l-oħra twieldu mat-12-il miljun tarbija – tnaqqis sinifikanti mill-2016 li matul dik is-sena twieldu sitt miljuni aktar.
Bi 12-il miljun tarbija, is-sena l-oħra kienet lanqas sena li fiha twieldu trabi mill-1960.